Dwarna

Il-Kor Parrokkjali “Santa Ċeċilja” - Parroċċa Siġġiewi

50 SENA TA SERVIZZ - Id-29 ta' Novembru 2009, hija l-50 sena mit-twaqqif tal-Kor Parrokkjali Santa Ċeċilja tas-Siġġiewi. Fis-Siġġiewi minn dejjem kien hawn nies li kellhom xi konnessjoni mal-mużika, fosthom is-Surmast Salvatore Mallia u ibnu s-Surmast Carmelo Mallia, is-Surmast Ġużeppi Muscat u s-Surmast Ġużeppi Saliba, l-organista Salvu Mamo, u t-Tenur Nicolo’ Baldacchino (1895-1971) li kien kanta f’diversi teatri ta’ l-Italja. Kien hawn ukoll Dun Ġannmari Zammit (1738-1802) mis-Siġġiewi li kien espert u professjonista fuq l-orgnijiet tal-knejjes. Huwa kien jimporta orgnijiet u jimmuntahom u jibnihom huwa stess fil-post.1 L-orgni huwa strument mużikali li jagħni ċ-ċerimonji li jsiru fil-knejjes, għax bid-daqq ta’ l-orgni u l-kant, il-moħħ jintrefa’ lejn Alla.2 Aqra aktar...

Innu Kor Santa Ċeċilja

 

B’qalbna mħeġġa kollha mħabba
Lejk Mulej ngħollu leħinna;
Bl-isbaħ għanja rridu nfissru
Dak li ngħożżu fi twemmina.
Kemm fit-tempju, kemm fit-toroq
Kemm fil-beraħ u l-magħluq
Ninsġu għanja ma’ ta’ l-Anġli
Fit-tifħir ta’ kull maħluq.

Rit. Fuq kollox Int Qaddis u Sid,
Hennina, Hennina lkoll b’kull barka w ġid.
Aqra aktar...

It-Talba tal-Kor Parrokkjali Santa Ċeċilja

Mulej Ġesu’, nixtiequ li f’kull ħidma li nagħmlu nilmħu is-sejħa u r-rieda tal-Missier Alla.
Tħalliniex nieqfu fil-ħidma tagħna għax sodisfatti b’dak li wettaqna u tħallix li aħna naslu li nwarrbu ħidmiet oħra liinti turina li tridna nwettqu, jew li naqtgħu qalbna milli nwettquhom. Fuq kollox, fil-ħidma tagħna agħmel li ma nibżgħux inwettqu wkoll dak li ma tantx ikun jogħġobna, imma li f’kollox tkun magħmula ir-rieda mqaddsa tiegħek.

Wettaq Mulej, il-ħidmiet kollha tagħna u agħmel li nifhmu dejjem li minkejja d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom Inti dejjem magħna u li dak li nagħmlu minnek jibda u fik jintemm. Amen. Aqra aktar...