AD MULTOS ANNOS - Mons Lawrenz Mifsud
Il-Kor Parrokkjali Santa Ċeċilja tas-Siġġiewi jawgura lill-Mons Lawrenz Mifsud, ex Direttur tal-Kor f’egħluq il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
AD MULTOS ANNOS!
Festival tal-Korijiet - 12 u 14 ta' Diċembru 2008 (ritratti)

Fi 12 u 14 ta' Diċembru 2008 il-Kor organiżża Festival tal-Korijiet bl-isem ta' 'Il-Milied" li sar fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi. Hawnhekk tistgħu ssibu xi ritratti li ttieħdu waqt dan il-festival tal-Korijiet kif ukoll tal-Kor mistieden speċjali mill-Awstrija.
Korijiet li ħadu sehem: Kor Santa Ċeċilja, Parroċċa Siġġiewi; Kor Marantha, Parroċċa Floriana; Kor Maria Assunta, Parroċċa Ħ'Attard; Kor San Damjan, Parroċċa Sacro Cuor Sliema; St. Anne's Choir, Parroċċa Marsascala. Aqra aktar...
Il-Kor Parrokkjali “Santa Ċeċilja” - Parroċċa Siġġiewi

50 SENA TA SERVIZZ - Id-29 ta' Novembru 2009, hija l-50 sena mit-twaqqif tal-Kor Parrokkjali Santa Ċeċilja tas-Siġġiewi. Fis-Siġġiewi minn dejjem kien hawn nies li kellhom xi konnessjoni mal-mużika, fosthom is-Surmast Salvatore Mallia u ibnu s-Surmast Carmelo Mallia, is-Surmast Ġużeppi Muscat u s-Surmast Ġużeppi Saliba, l-organista Salvu Mamo, u t-Tenur Nicolo’ Baldacchino (1895-1971) li kien kanta f’diversi teatri ta’ l-Italja. Kien hawn ukoll Dun Ġannmari Zammit (1738-1802) mis-Siġġiewi li kien espert u professjonista fuq l-orgnijiet tal-knejjes. Huwa kien jimporta orgnijiet u jimmuntahom u jibnihom huwa stess fil-post.1 L-orgni huwa strument mużikali li jagħni ċ-ċerimonji li jsiru fil-knejjes, għax bid-daqq ta’ l-orgni u l-kant, il-moħħ jintrefa’ lejn Alla.2 Aqra aktar...