Mro. Hermann Farrugia Frantz

Beda l-karriera mużikali tiegħu mal-Banda 12th May u ssokta l-istudji ma Charles Zammit u Ronnie Debattista li magħhom kiseb għadd ta’ diplomi minn kulleġġi mużikali Ingliżi. Fl-2002, wara tliet snin ta’ studju fl-Universita’, ħa il-grad ta’ Baċellerat bl-unuri fil-mużika (BA HONS). Fl-Universita’ huwa studja mall-kompożituri Charles Camilleri u Joseph Vella, mad-direttur ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali Michael Laus, kif ukoll ma Dr. Dion Buhagiar u Dr. John Galea. F’Awwissu 2001, kien magħżul mill-kompożitur Malti Charles Camilleri biex jattendi sessjoni ta’ studju mużikali f’Aberstwyth Arts Centre fl-Universita’ ta’ Wales. Hemmhekk studja il-kompożizzjoni ma l-Ingliż John Metcalf u d-direzzjoni ma l-Amerikan Anton Kragen.

 

Hermann Farrugia Frantz huwa direttur mużikali, fil-fatt huwa jidderieġi baned, orkestri u korijiet. Bħala direttur tal-banda huwa dderieġa fost l-oħrajn il-ħames sinfonija ta’ L.V. Beethoven, l-opra sħiħa Cavalleria Rusticana ta’ P. Mascagni u t-Te Deum ta’ Haydn. Bħala direttur orkestrali huwa dderieġa fost l-oħrajn ir-Requiem ta’ G. Faure, il-Missa in Fa ta’ Anton Nani, il-Missa Secunda Pontificalis ta’ L. Perosi, l-Messa Grande Santa Ceċilja ta’ Ch. Gounod, u l-kunċert tal-pjanu in Fa minore ta’ J. S. Bach. Bħala direttur tal-korijiet huwa ferm attiv f’ ħafna knejjes janima bil-kant funzjonijiet liturġiċi, kif ukoll jippreżenta kunċerti ta’ mużika sagra. Huwa s-surmast residenti tal-Banda 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ u tal-Banda Marija Assunta tal-Gudja, kif ukoll surmast tal-Kor Santa Ċeċilja tal-Parroċċa tas-Siġġiewi u tal-Coro Bel Canto.

Bħala kompożitur huwa kkompona xogħolijiet għall-banda, għall-orkestra u vuċijiet, kif ukoll xogħolijiet għal strument solisti mall-pjanu.

Fil-preżent qiegħed jagħmel Masters degree fil-mużika fl-Universita’ ta’ Malta.

lista ta’ Kompozizzjonijiet prinċipali :

4 expressions for 2 Bb Clarinets
(2001: Aberystwyth Arts Centre Wales)

Brass Quintet Nr. 1 (2002 Teatru Manoel)

Pierrot for woodwind, Brass and Percussion

Ave Maria for Unaccompanied Choir

Ritual Dance for clarinet and piano

Insellmulek Omm taghna Marija cantata for soprano, tenor and Symphony Band

Cerimonial Fanfare for Symphony Band

Omm Sultana tal-Karmelu Cantata for soprano, tenor and Symphony Band

Halleluljah Choir and Orchestra

Akklamazzjoni Choir and Orchestra

Vespers Solo voices, Choir and Orchesrta

Introjtu Salm 150 Choir and Orchestra

Amen Choir and Orchestra

Improperji Choir and Symphony Band
Choir and Organ

Innu Kor Santa Ċeċilja Choir and Organ

 

Minbarra dawn il-kompożizzjonijiet huwa kkompona ghadd kbir ta’ marċi brijużi u funebri