It-Talba tal-Kor Parrokkjali Santa Ċeċilja
Mulej Ġesu’, nixtiequ li f’kull ħidma li nagħmlu nilmħu is-sejħa u r-rieda tal-Missier Alla.
Tħalliniex nieqfu fil-ħidma tagħna għax sodisfatti b’dak li wettaqna u tħallix li aħna naslu li nwarrbu ħidmiet oħra liinti turina li tridna nwettqu, jew li naqtgħu qalbna milli nwettquhom. Fuq kollox, fil-ħidma tagħna agħmel li ma nibżgħux inwettqu wkoll dak li ma tantx ikun jogħġobna, imma li f’kollox tkun magħmula ir-rieda mqaddsa tiegħek.
Wettaq Mulej, il-ħidmiet kollha tagħna u agħmel li nifhmu dejjem li minkejja d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom Inti dejjem magħna u li dak li nagħmlu minnek jibda u fik jintemm. Amen.
(Din it-talba inkitbet Minn Mons. Paul Vella u inqrat mill-Korista Tereża Vassallo bħala talba ta’ ringrazzjament wara t-tqarbin nhar it-22 ta’ Novembru 2008 waqt il-quddiesa tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Kor. )