Fr Richard Borg

Fr RichardFr Richard Borg bin Salvu Borg u Marianne imwielda Camilleri twieled fis-7 ta’ Ottubru 1948. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tan-Naxxar u fis-Seminarju ta’ l-Arċisqof il-Floriana. 

F’Ottubru 1967 huwa beda t-tħejjija għas-Saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri fil-Floriana u fl-Universita’ Rjali ta’ Malta. Hemm hu studja l-Letteratura, il-Filosofija u t-Teoloġija. Fl-1970 kiseb il-Baċellerat fl-Arti u fl-1974 il-Liċenzjat fit-Teoloġija. Ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-20 ta’ Lulju 1974 fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-belt Valletta.

 

Bejn l-1974 u l-1985 kien viċi-parroku fil-Parroċċa tan-Naxxar. Fl-1985 l-Arċisqof Gużeppi Mercieca nnominah kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli.Għal nofs is-sena 1994 Mons Arċisqof għażlu bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Nikola, s-Siġġiewi fejn dam sal-11 ta’ Frar 2002. Wara intbagħat Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publju, Floriana fejn għadu jagħti dan is-servizz.

 

<!--EndFragment-->