Mons. Paul C. Vella

Mons. Vella ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988.

Fl-1994, meta laħaq Arċipriet Fr. Richard Borg (1994-2001) Mons. Vella beda jieħu ħsieb il-kor, iżda kellu jieqaf f’Settembru tal-1995 meta kellu jsiefer fuq studju. Meta ġie lura Malta fl-Lulju ta’ l-1997 reġa’ kompla jieħu ħsieb il-Kor sal-Milied ta’ l-1999.

Meta fl-2002 ġie biex jieħu l-pussess L-Arċipriet preżenti, Fr. Albert Buhagiar, Mons. Vella ħa l-karigu sabiex jipprepara l-Kor għal din l-okkażżjoni. Peress li kienu qorbu l-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa, fuq xewqa ta’ L-Arċipriet il-ġdid huwa ħa ħsieb jipprepara l-Kor għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Mons. Vella baqa’ jieħu ħsieb imexxi l-Kor Parrokkjali sal-bidu tas-sena 2006.