Ms. Cynthia Bonnici

Cynthia Bonnici twieldet fil-31 ta’ Diċembru 1974, fl-isptar Santa Katerina, bint Giovanna u Joseph Fenech. Hija rċeviet l-edukazzjoni tagħha fl-iskola ta’ San Ġużepp, il-Blata l-Bajda, fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, u fl-Universita’ ta’ Malta. Studjat il-mużika taħt id-direzzjoni ta’ Miss Monica Anastasi LRSM. Hija dejjem għexet is-Siġġiewi, u kienet l-organista tal- kor Santa Ċeċilja bejn l-1989 u l-2000. Dawn l-aħħar għaxar snin ħadmet fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa bħala Psikologa. Miżżewġa lil Mark u għandhom tifla, Martina.